Il-Papa f’Santa Marta: Inservu lill-oħrajn bl-istess gratwità li biha jħobbna Alla

It-Tlieta, 11 ta’ Ġunju 2019: Nagħtu b’xejn dak li rċevejna b’xejn mingħand Alla. L-omelija tal-Papa Franġisku llum it-Tlieta 11 ta Ġunju, fil-kappella tad-Dar Santa Marta, kienet kollha dwar il-gratwità ta’ Alla, gratwita li aħna għandu jkollna lejn l-oħrajn kemm bix-xhieda li nagħtu u wkoll bis-servizz. Għalhekk għandna stedina biex niftħu qlubna beraħ biex nilqgħu l-grazzja. Infatti l-grazzja ma nistgħux nixtruha u għandna nservu lill-poplu t’Alla mhux ninqdew bih. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Inservu lill-oħrajn bl-istess gratwità li biha jħobbna Alla

Il-Papa Franġisku: “Kunu xhieda tal-Imħabba”

Is-Sibt 8 ta’ Ġunju l-Papa laqa’ lill-mexxejja taċ-Charis, is-servizz tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku, fis-sala Pawlu VI, fil-Vatikan.  Dawn il-mexxejja kienu qed jieħdu sehem f’Konferenza Internazzjonali fil-Vatikan stess. Il-Papa qalilhom li dan il-Pentekoste hu l-bidu ta’ tappa oħra fil-mixja mibdija mit-Tiġdid Kariżmatiku tnejn u ħamsin sena ilu. Continue reading Il-Papa Franġisku: “Kunu xhieda tal-Imħabba”

Korsijiet dwar il-familja u l-individwu

Fl-attachment ma’ dan l-avviż issibu, fuq żewġ paġni, l-applikazzjoni għat-tliet korsijiet dwar il-familja li ser ikunu qed jiġu offruti bejn it-Tnejn 1 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 12 ta’ Lulju:

  • Kors A: Kif nikbru fir-relazzjoni tagħna bħala koppja u kif inġibu ruħna ma’ wliedna?
  • Kors B: X’ifisser iż-żwieġ sagrament, x’tgħid il-Liġi dwar iż-żwieġ?
  • Kors C: Kif inkun naf aktar lili nnifsi?

Continue reading Korsijiet dwar il-familja u l-individwu