Fl-attachment ma’ dan l-avviż issibu, fuq żewġ paġni, l-applikazzjoni għat-tliet korsijiet dwar il-familja li ser ikunu qed jiġu offruti bejn it-Tnejn 1 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 12 ta’ Lulju:
- Kors A: Kif nikbru fir-relazzjoni tagħna bħala koppja u kif inġibu ruħna ma’ wliedna?
- Kors B: X’ifisser iż-żwieġ sagrament, x’tgħid il-Liġi dwar iż-żwieġ?
- Kors C: Kif inkun naf aktar lili nnifsi?

Fl-applikazzjoni ssibu wkoll aktar informazzjoni dwar il-kontenut ta’ kull kors. Applikazzjoni: Programm Applikazzjoni 2019
Mill-esperjenzi posittivi tal-parteċipanti tal-passat, nistgħu ngħidulkom li minn dawn il-korsijiet jista’ joħroġ ġid kbir! Nistednukom tikkonsidraw il-possibilità li tattendu għal xi wieħed minn dawn il-korsijiet……. agħti rigal lilek innifsek u lill-familja tiegħek!
Kummissjoni Familja