Programmm – Stedina Għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu


Programmm – Stedina Għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani, Ta’ Kerċem – Għawdex.

st-theresa-school-pic

12-22 ta’ Ġunju 2019:

L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju : Bidu tan-Novena
Fis-6.45am: Kuljum matul in-novena (barra fejn hemm indikat mod ieħor) Qudddiesa bil-kant, Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu, Antifona “Flos Carmeli” u Barka Sagramentali.
Fid-9.00am: Il-Kappillan Il-Kan. Dun Brian Mejlak imexxi quddiesa għat-tfal tal-Year 3 (Skola Santa Tereża) li din is-sena għamlu jew ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina li fiha jitlibbsu l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu.

Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju: Jum il-Benefatturi
Fis-6.45am: Quddiesa għall-bżonnijiet tal-benefatturi ħajjin u b’sufraġju tal-benefatturi mejtin tal-Kunvent tal-Karmelitani f’Ta’ Kerċem. Wara Kurunella, Talb ghall-benefatturi, Antifona, u Barka Sagramentali.

Il-Ġimgha 14 ta’ Ġunju : Jum l-Anzjani u l-Morda
Fis-6.45am: Quddiesa li fiha jsir talb ghall-anzjani u l-morda kollha tal-paroċċa. Wara Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali

Is-Sibt 15 ta’ Ġunju : Jum Is-Sorijiet Karmelitani
Fis-7.00am : Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum integrat li tkun b’sufraġju tas-Sorijiet Karmelitani mejtin. Wara Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentli.

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju : Jum il-Beata Maria Crocifissa Curcio, Fundatriċi
Fis-7.00am: Quddiesa bl-omelija bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum integrat. Wara Kurunella, Talba biex naqilgħu il-grazzji bl-interċessjoni tal-Fundatriċi tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Antifona, u Barka Sagramentali.

It-Tnejn 17 ta’ Ġunju: Jum Ewkaristiku Marjan
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali.
Fid-9.00am: Espożizzjoni Solenni tas-Santissimu Sagrament għall-adorazzjoni mit-tfal tal-Iskola.
Fl-10.30am: Purċissjoni Ewkaristika, Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu, u Barka Sagramentali li titmexxa minn Mons. Carmelo Borg. Mistiedna l-ġenituri tal-istudenti.

It-Tlieta 18 ta’ Ġunju : Jum is-Saċerdoti
Fis-6.45am: Mons Carmelo Borg, imexxi quddiesa li fiha jrodd hajr lil Alla fl-okkażjoni tat-42 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Wara Kurunella, Talba għas-saċerdoti, Antifona, u Barka Sagramentali.

L-Erbgħa 19 ta’ Ġunju : Jum il-Vokazzjonijiet
Fis-6.45am: Qudddiesa bil-kant, Kurunella, Talba ghall-Vokazzjonijiet , Antifona u Barka Sagramentali.
Fid-9.00am: Sr Donata Rodrigo O. Carm tmexxi laqgħa vokazzjonali għat-tfal tal-Year 6 li jattendu l-Iskola Santa Tereża.

Il-Ħamis 20 ta’ Ġunju : Jum it-Tfal
Fis-6.45am: Qudddiesa bil-kant, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali
Fid-9.00am: Ċelebrazzjoni Karmelitana għat-tfal fl-okkażjoni tas-Sena Marjana Djoċesana.

Il-Ġimgha 21 ta’ Ġunju : Lejlet il-festa
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant.
Fis-6.30pm: Espożizzjoni tas-SS.mu Sagrament, kant tal-I Għasar, Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu, talb ghall-benefatturi tal-kunvent u Barka Sagramentali li titmexxa minn Mons. Carmelo Borg, Kappillan tal-Komunità Karmelitana f’Ta’ Kerċem.
Fis-7.00pm: Quddiesa minn Dun Franklin Vella u ċerimonja tal-gradwazzjoni għall-istudenti tal-Year VI tal-Iskola Santa Tereża. Wara jkun hemm refresments.

IS-SIBT 22 TA’ ĠUNJU : JUM IL-FESTA U JUM IT-TERZJARJI
Fis-7.00am: Uffiċċju tal-Qari u kant tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum
Fil-5.30pm: Rużarju u Talb tat-Terzjarji
Fis-6.00pm: Quddiesa Konċelebrata bl-omelija dwar il-Verġni Mbierka tal-Karmelu minn Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Wara l-Evanġelju ssir il-professjoni ta’ Terzjarji ġodda. Fi tmiem il-quddiesa Innu, Antifona “Flos Carmeli” Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu u Barka Sagramentali.

Dawk kollha li jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni festiva wara jkunu mistiedna għall-bibita għand is-Sorijiet Karmelitani fis-sala tal-Iskola Santa Tereża.

Il-kant matul in-novena jitmexxa mis-Sorijiet Karmelitani waqt li nhar il-Festa jitmexxxa mill-“Kor Stella Maris” taħt id-direzzjoni ta’ Mro Carmel P. Grech.

F’Jum il-Festa, il-Kappella tkun miftuha għall-pubbliku l-ġurnata kollha.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.