Boroż ta’ studju fit-Teoloġija u Pastorali

Print Friendly, PDF & Email

Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed terġa’ toffri skema ta’
boroż ta’ studju biex tgħin lil min jixtieq ikompli l-istudju tat-teoloġija u l-oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

L-għan ta’ din l-iskema hu li aktar lajċi jitħarrġu akkademikament sabiex jagħtu sehemhom fil-Knisja u fis-soċjetà. Għas-sena akkademika 2019-2020, il-Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta’ €2,000 għal min japplika għal dawn il-korsijiet:

Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija (part-time)
Master fil-Bijoetika
Master fl-Etika tan-Negozju
Master fl-Etika Ambjentali
Master fit-Teoloġija
Master fl-Istudji Reliġjużi

L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fis-16 ta’ Settembru 2019. Aktar dettalji dwar l-iskema u l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq …
www.um.edu.mt/theology/bursaries.

%d bloggers like this: