Adorazzjoni Ewkaristika matul Ġunju 2019

Egħżież Adoraturi u Ħbieb ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Wasalna fl-aħħar ta’ Ġunju li fih se nitċċelebraw iċ-Ċelebrazzjoni sabiħa ta’ Corpus Domini u tal-Qalb ta’ Ġesù. Billi se jkollna ħafna attività, ħsibt li jkun xieraq li nibgħatilkom estratt tal-Kalendarju tal-Adorazzjoni li ġa rtevejtu. Tkun haġa sabiħa li ssib fejn tista’ tiġi ħalli tadura lil dan Ġesù li ried jibqa’ magħna f’dan is-Sagrament hekk għażiż. O Ġesù fl-Ewkaristija — Kun Int il-Ferħ u l-Hena ta’ ħajti kollha. Continue reading Adorazzjoni Ewkaristika matul Ġunju 2019

Bid-dawra!

Paqqa ħbieb m’għandix! Jien Patri! U wieħed sempliċi! Għalhekk, imqanqal mill-eżempju ta’ missieri fl-Ispirtu s-Santu, San Franġisk, jien irrid nivvjaġġa. Bħalu! U nivvjaġġa l-ħin kollu. Bħalu! U mhux maqful fil-kunvent tal-ġebla, it-tikħila u l-konkrit. Bħalu! Imma rrid niġri u nterraq fil-kunvent tad-dinja! Bħalu! Għax hu fuq l-eżempju ta’ Ġesù ried li jimxi! Għalhekk għażel li jkun, bħalu! U, biex bħal donnu din il-biċċa xogħol nissokta ndaħħalha ġo rasi, il-Mulej issa ipprovdhieli lill-Papa Franġisku li din il-ħin kollu ifakkarhieli! O Papa Franġisku! Continue reading Bid-dawra!

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tal-Birgu

Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-viżta pastorali fil-parroċċa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u jamministralhom l-Ewwel Tqarbina, mal-katekisti u l-operaturi pastorali fil-parroċċa kif ukoll mal-komunità tal-patrijiet u t-terzjarji Dumnikani u s-sorijiet Benedittini. Continue reading Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tal-Birgu