Lectio Divina għas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Christi)

Vanġelu (Lq 9, 11-17): Is-silta tal-lum nafuha bħala “it-tkattir tal-ħobż”. Insibuha sitt darbiet fl-erba’ vanġeli. B’hekk ħafna jikkonkludu li Ġesu wettaq dan il-miraklu biex juri pubblikament li hu Alla.  Jiħtieġ nevitaw dit-tifsira żbaljata jekk irridu naslu għall-messaġġ li l-evanġelisti jridu jwasslu. Il-kliem “miraklu” u “multiplikazzjoni” (tkattir) ma nsibuhomx f’dis-silta, għalhekk hemm bżonn ninsewhom. Li nsibu hu li Ġesu ħa l-ħobż u l-ħut, berikhom, tahom lid-dixxipli biex iqassmuhom, u “kulħadd kiel u xeba’.” Jekk nieħdu s-sitt rakkonti ta’ dil-ġrajja, insibu li l-post, in-numru ta’ nies u tal-ħobżiet huma differenti. Continue reading Lectio Divina għas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Christi)