It-Tieni Jum tal-Forum taż-Żgħażagħ f’Ruma

It-Tieni Jum – Il-Ħamis 20 ta’ Ġunju 2019.  
Tirraporta minn Ruma Jennifer Cauchi

It-tema tat-tieni jum tal-Forum Internazzjonali taż-Żgħażagħ f’Ruma kienet iċċentrata fuq il-Christus vivit, il-quċċata tas-Sinodu taż-Żgħażagħ. Il-jum beda b’Lectio Divina: “għajnejhom infetħu” (Lq 24:31), b’riflessjoni mill-Prof. Rosalba Manes, għalliema fit-Teoloġija Biblika li semmiet kif Ġesù, li kien barrani għad-dixxipli ta’ Għemmaws peress li ma għarfuhx, mexa magħhom f’mument li kienu għaddejjin minn diżappunt kbir.Ġesù akkumpanjahom u semagħhom, tant li stednuh biex jibqa’ magħhom, xi ħaġa li fl-Orjent, meta persuni jieklu flimkien madwar mejda, tfisser li huma familja jew ħbieb. Continue reading It-Tieni Jum tal-Forum taż-Żgħażagħ f’Ruma