Intemm il-Forum Internazzjonali taż-Żgħażagħ

Tirraporta minn Ruma Jennifer Cauchi

Hekk kif il-Ħdax-il Forum Internazzjonali taż-Żgħażagħ organizzat mid-Dikasteru tal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja wasal fi tmiemu, l-aħħar ġurnata qabel it-tluq ta’ ’l fuq minn 250 żagħżugħ u żagħżugħa lura għall-pajjiż tagħhom madwar id-dinja kollha, bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan. Il-quddiesa ġiet immexxija mill-Kardinal Kevin Farrell, Prefett tad-Dikasteru. Huwa qal lill-parteċipanti li l-ħajja ddur mal-laqgħa personali ma’ Ġesù Kristu. Aħna msejħa nxandru fid-dinja l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu, imma kif nistgħu nagħmlu dan jekk ma nkunux iltqajna miegħu? Continue reading Intemm il-Forum Internazzjonali taż-Żgħażagħ

L-Arċisqof f’Quddiesa tal-festa tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù

Il-Ħadd, 23 ta’ Ġunju 2019: L‑Arċisqof iċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa bdiet fid-9:30am u kompliet bil‑purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina. Continue reading L-Arċisqof f’Quddiesa tal-festa tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù