Tberik tal-ommijiet u l-ġenituri li qed jistennew tarbija u preżentazzjoni tat-trabi lil S. Margerita

Tberik tal-ommijiet u l-ġenituri li qed jistennew tarbija u preżentazzjoni tat-trabi lil S. Margerita (patruna tan-nisa tqal), f’quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sannat, nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju fl-10.30am. Continue reading “Tberik tal-ommijiet u l-ġenituri li qed jistennew tarbija u preżentazzjoni tat-trabi lil S. Margerita”

Il-kalendarju

Il-ħajja ma tifhimhiex. Kif tintiseġ hux minn mument għall-ieħor! U, tintiseġ għal mod tagħha. Kważi kważi tidher li tintiseġ għal riħha! Għalkemm illum, aktar ma nara u nħoss li xagħri qed jeħfifli u rrid ukoll nibda’ nitgħallem l-arti li nissellfu ukoll biex nidhirx li jien qârej, il-Mulej qed jgħallimni li jkun Hu fit-tmun ta’ kollox! Nemmen u ma nemminx! Intant… Continue reading “Il-kalendarju”

Direttur ġdid fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede

Il-Papa Franġisku ħatar lil Matteo Bruni ta’ 43 sena bħala d-Direttur il-ġdid tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede. Bruni kien ilu jaħdem f’dan l-uffiċċju f’karigi oħra sa mill-2009. Huwa kien jieħu ħsieb jorganizza lill-ġurnalisti li kienu jakkumpanjaw lill-Papa fil-vjaġġi li jagħmel barra mill-Italja. Matteo Bruni huwa miżżewweġ u għandu tifla u minbarra t-Taljan huwa jitkellem tajjeb bl-Ingliż, l-Ispanjol u l-Franċiż. Continue reading “Direttur ġdid fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede”

Ċelebrazzjoni mill-Fakultà tat-Teoloġija

Fi tmiem is-sena akkademika 2018-2019, għadd ta’ studenti, alumni u staff tal-Fakultà tat-Teologija ngħaqdu għal ċelebrazzjoni ta’ għeluq is-sena akkademika fil-kappella tal-Università. Matul l-attività l-istaff u l-istudenti rringrazzjaw ukoll lil Dun René Camilleri fi tmiem is-servizz tiegħu bħala Senior Lecturer fil-Fakultà. Dun René beda jgħallem fil-Fakultà tat-Teologija fl-1984. Continue reading “Ċelebrazzjoni mill-Fakultà tat-Teoloġija”