Festi Marjani li ser jaħbtu l-Ħadd

B’deċiżjoni tal-Konferenza Episkopali Maltija, żewġ festi Marjani li din is-sena ser jaħbtu l-Ħadd ser ikun ċċelebrati liturġikament ukoll fil-jum propju tagħhom u għalhekk ser jieħdu post il-liturġija tal-Ħadd. Dawn huma t-8 ta’ Settembru li fiha tkun ċelebrata l-liturgija tal-festa tat-Twelid tal-Madonna u t-8 ta’ Diċembru meta tkun ċelebrata l-liturġija tal-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.