Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf

Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2019 filgħodu, fis-Santwarju Ta’ Pinu, Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, mexxa quddiesa li fiha sar ir-Rit tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf, li ġiet organizzata minn Dar Ġużeppa Debono. Fi tmiem il-quddiesa, dawk il-familji li qed jistennew tarbija daħlu fil-Kappella tal-Madonna biex jafdawlha l-ħajja ġdida li qed tikber fil-ġuf u, skont ix-xewqa li l-Omm tas-Sema stess qasmet ma’ Karmni Grima, talbuha flimkien tliet Avemarijiet. Continue reading “Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf”

Quddiesa għall-Migranti mill-Papa

Il-Papa Franġisku se jiċċelebra Quddiesa għall-Migranti f’Ruma fil-Bażilika ta’ San Pietru fit-8 ta’ Lulju biex ifakkar is-sitt anniversarju taż-żjara tiegħu fuq il-gżira ċkejkna ta’ Lampedusa lil hinn mill-kosta ta’ Sqallija.  Mistennija jieħdu sehem madwar 250 ruħ għal din iċ-ċelebrazzjoni fosthom migrant, refuġjati u dawk li qed jiddedikaw ħajjithom biex isalvawhom. Continue reading “Quddiesa għall-Migranti mill-Papa”

Is-saċerdoti jiddiskutu l-prijoritajiet tal-Knisja f’Malta

L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju 2019: “B’Qalb Imħeġġa” huwa t-titlu tal-Aġġornament tal-Kleru li sar f'{unju li g]adda fis-Semianrju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù. Djn din is-sena ngħatat ħarsa lejn il-prijoritajiet li l-Knisja f’Malta għandha tpoġġi quddiemha llum meta affaċċjata b’soċjetà pluralista u multikulturali. Kienet ix-xewqa tal-Arċisqof Charles, J. Scicluna u tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi li s-saċerdoti jagħtu l-kontribut dirett tagħhom biex jindikaw l-għażliet li Alla qed jitlob li jagħmlu b’kuraġġ u ħeġġa. Continue reading “Is-saċerdoti jiddiskutu l-prijoritajiet tal-Knisja f’Malta”