Marija u l-Karmelitani

Il-Verġni Marija hija kkunsidrata bħala waħda mill-figuri fundamentali tal-Familja Karmelitana, Omm u Oħt il-Karmelitani.   Sa mill-bidu tagħhom, l-eremiti fuq l-Għolja tal-Karmelu kellhom devozzjoni speċjali lejn Marija Omma Ġesù.  Mir-rakkonti li għandna sa mill-1231 ta’ xi pellegrini, nafu li fuq l-Għolja tal-Karmelu kien hemm kappella ddedikata lill-Verġni Marija.  L-għażla tal-eremiti biex jiddedikawha lill-Verġni Marija għandha s-sinifikat tagħha.  Din id-dedikazzjoni kienet tfisser ix-xewqa li l-Verġni Marija tkun preżenti fil-komunità bħala s-Sinjura tal-post; il-verġni Mqaddsa Marija tal-Għolja tal-Karmelu. Continue reading “Marija u l-Karmelitani”

Kristu jgħix, Kristu huwa ħaj!

“Kristu jgħix. Hu t-tama tagħna u l-isbaħ żgħożija ta’ din id-dinja. Dak kollu li jmiss isir żagħżugħ, jiġġedded, ifur bil-ħajja. Għalhekk, l-ewwel kelmiet li nixtieq illissen lil kull żagħżugħ nisrani huma: Hu jgħix u jridek ħaj!”   Hekk tiftaħ l-Eżortazzjoni appostolika postsinodali Christus vivit tal-Papa Franġisku, indirizzata “liż-żgħażagħ u lill-poplu kollu ta’ Alla”. Continue reading “Kristu jgħix, Kristu huwa ħaj!”

L-Isqof ta’ Għawdex f’Konferenza tac-CEI dwar il-Katekiżmu

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju 2019: Matul dawn il-jiem, l-Isqof Mario Grech flimkien ma’ Dun Daniel Sultana, Segretarju Pastorali djoċesan, jinsabu f’Terrasini, Sqallija għal Ġimgħa ta’ Formazzjoni Kateketika organizzata mill-Uffiċċju Katekistiku Nazzjonali fi ħdan il-Konferenza Episkopali Taljana. Is-suġġett ta’ din il-konferenza kien: “Iniziazione Cristiana in pratica… con chi?”. Continue reading “L-Isqof ta’ Għawdex f’Konferenza tac-CEI dwar il-Katekiżmu”