Is-sentenza ta’ fuq it-tabella tal-istazzjon tal-waqfa tal-karozza

Sewwa jgħidu li meta timxi aqta’ kemm titgħallem! U, għall-kuntrarju, meta dejjem tkun maqful u maqfula fil-karozza ara kemm titlef u timmissja affarijiet! F’dan ir-rigward ma nistax ma nirringrazzjax lill-Mulej għal wieħed mill-ġenerali tal-ordni Kapuċċin li kellna, Fr. John Corriveau OFM Cap. F’wieħed mid-dokumenti tassew sbieħ li ħalilna, kien qalilna li aħna l-Kapuċċini, fejn nistgħu, għandna nużaw it-trasport pubbliku ħafna aktar mit-trasport privat. U dan biex ikunu aktar u aktar viċin tagħkom in-nies! U hekk inkunu tassew munuri! Għax aħna magħkom u bħalkom! Intant! … Continue reading “Is-sentenza ta’ fuq it-tabella tal-istazzjon tal-waqfa tal-karozza”

Fil-Yemen qed jinqatlu jew jindarbu tmint itfal kuljum

Rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda juri li aktar minn 7,500 tifel u tifla nqatlu jew indarbu fl-aħħar ħames snin u nofs minħabba l-ġlied fil-Yemen u dan juri li t-tfal qed iħallsu l-ogħla prezz minħabba din il-kriżi brutali. Fil-Yemen qed jinqatlu jew jindarbu tmint itfal kuljum u dan il-massakru għandu jieqaf. Continue reading “Fil-Yemen qed jinqatlu jew jindarbu tmint itfal kuljum”