Newman u 4 Beati oħra se jkunu dikjarati Qaddisin


Fil-Konċistorju tal-kardinali l-Papa Franġisku approva l-kanonizzazzjoni tal-Beatu John Henry Newman flimkien ma’ Sister Mariam Thresia, Giuseppina Vannini, Dulce Lopes Pontes u Margarita Bays.

cardinal-newman.jpgFi Frar il-Papa ffirma digriet li jirrikonoxxi t-tieni miraklu attribwit lill-Beatu John Henry Newman, il-fejqan inspjegabbli ta’ mara bi tqala li kienet qed tipperikola ħajjitha.

Il-Beatu John Henry Newman kien wieħed mill-aktar konvertiti prominenti mill-Anglikaniżmu għall-Kattoliċiżmu fis-seklu 19. Kien diġà teologu Anglikan magħruf meta waqqaf il-Moviment ta’ Oxford biex jirritorna ċ-Church of England għall-għeruq Kattoliċi tagħha qabel ma huwa stess ikkonverta għall-fidi Kattolika. Kien magħruf bħala ħassieb brillanti u l-Papa Leo XIII għamlu Kardinal. Huwa miet f’ Birmingham fl-1890 wara li waqqaf il-Birmingham Oratory.

Sister Mariam Thresia tal-Indja hija l-fundatur tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Familja Mqaddsa.

Is-Soru Taljana Giuseppina Vannini hija l-fundatriċi tal-Ulied ta’ San Kamillu.

Is-Soru Brażiljana Dulce Lopes Pontes tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjunarji tal-Immakulata Kunċiżżjoni ta’ Omm Alla.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija