Is-sinodu tal-isqfijiet li jmiss dwar ir-reġjun tal-Amażonja


Is-sinodu tal-isqfijiet li jmiss dwar ir-reġjun tal-Amażonja għandu l-iskop li jġedded il-Knisja Kattolika, skont l-aktar verżjoni radikali tat-teoloġija ta’ liberazzjoni.

fr1-amazoniaJulio Loredo, president tal-fergħa Taljana ta’ Tradizzjoni, Familja u Proprjeta’ qal li l-istorja mhux moqrija tas-Sinodu tal-Amażonja hija li dan kien ilu maħsub, u mfassal biex – jibdel il-Knisja Kattolika kollha – skont l-hekk imsejħa teoloġija tal-lokal u tal-ekoloġijia. Huwa nnota li din il-viżjoni qed tkun proposta minn Papa Latin Amerikan għall-Knisja kollha.

Loredo qal li dan is-Sinodu qed jitħejja u jitmexxa minn xibka organizzata ta’ għaqdiet u movimenti tal-lokali. Huwa faħħar il-punt li l-enċiklika Laudato si se tkun is-sies dottrinali għas-sinodu. Din għandha partijiet minnha spirati mit-teoloġja tal-liberazzjoni ekoloġika jew eko-teoloġija, u partijiet minnha huma bbażati fuq id-dokumenti tan-Nazzjonijiet Magħquda, bħal Aġenda 21 u t-Trattat fuq il-bijodiversita’.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija