L-Eġizzjani jippromwovu t-Triq tal-Familja Mqaddsa fl-Eġittu


Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-Ministeru Eġizzjan għall Antikitajiet għadu kif ippublika ktejjeb bl-Ingliż u bl-Għarbi li juri “It-Triq tas-Sagra Familja” – itinerarju li jgħaqqad flimkien il-postijiet li skont it-tradizzjoni, Marija, Ġużeppi u Ġesù Bambin meta ħarbu mill-vjolenza ta’ Erodi u sabu refuġju fl-Eġittu.

map.jpg

Dan id-dossier intitolat “Stazzjonijiet fil-Vjaġġ tal-Familja Mqaddsa” hu waħda mill-inizjattivi tal-awtoritajiet Eġizzjani biex it-Triq tas-Sagra Familja tkun inkluża fil-lista tas-siti rikonoxxuti mill-UNESCO, bħala postijiet ta’ Wirt Dinji.

Hemm madwar 25 post li jingħad li għaddiet minnhom is-Sagra Familja fil-ħarba tagħha lejn l-Eġittu u li huma elenkati f’dan il-ktejjeb.

Kif irrappurtat l-aġenzija FIDES, l-awtoritajiet Eġizzjani ilhom għal xi żmien jippromwovu t-Triq tal-Familja Mqaddsa fl-Eġittu anke għal skopijiet ta’ turiżmu reliġjuż.

Waqt Udjenza Ġenerali f’Ottubru li għadda, l-Papa Franġisku kien laqa’ delegazzjoni Eġizzjana kbira li marret Ruma biex tippromwovi pellegrinaġġi għat-Triq tal-Familja Mqaddsa.