Il-Papa aktarx imur l-Iraq is-sena d-dieħla

Il-gvern Iraqqin neħħa l-embargo minn fuq parti mill-flus li kienu ffriżati biex iħejji għal żjara li possibbilment il-Papa Franġisku jkun jista’ jagħmel f’dal-pajjiż lejn tmiem is-sena 2020.  Il-flus se jintużaw biex jinbeda xogħol ta’ żvilupp urban fl-ibliet li jkun se jżur il-Papa.  Kien Franġisku nnifsu li x-xahar li għadda esprima x-xewqa li jżur l-Iraq is-sena li ġejja. Continue reading Il-Papa aktarx imur l-Iraq is-sena d-dieħla

Ħallewh imut bil-ġuħ fl-isptar stess

Il-Papa Franġisku u s-Santa Sede esprimew dieqa għall-mewt ta’ Vincent Lambert, pazjent Franċiż li kien ilu f’koma veġetattiva għal dawn l-aħħar għaxar snin. Ir-raġel ta’ 42 sena inqabad f’battalja legali ħarxa bejn membri tal-familja tiegħu dwar jekk għandux jitneħħielu l-ikel u l-kura li kienu qed iżommuh ħaj wara inċident bil-mutur fl-2008. Nhar it-2 ta’ Lulju wara deċiżjoni tal-qorti t-tobba tfew il-magni u Lambert miet ftit jiem wara. Continue reading Ħallewh imut bil-ġuħ fl-isptar stess