Avviżi tal-Parroċċa tax-Xgħajra 13-14//07/2019

Print Friendly, PDF & Email

Avviżi tal-Parroċċa tax-Xgħajra 13-14//07/2019.

download1. KAPPELLA GĦALL-ADORAZZJONI KONTINWA fil-Kappella l-antika. Is-Sibt iltqajna grupp ta’ voluntiera biex innadfu l-Kappella. Naprezza s-servizz ta’ kull voluntier – imma b’mod speċjali lil ANNA SAID, li minkejja taħt il-kura tat-tabib, ġiet xorta biex tgħin. Il-weekend li ġej ser nagħmlu CLEARANCE SALE. Ikkontattja lil xi membru tal-Kunsill Pastorali jew lil Anna Said (Mob 7747 7117). Min jixtieq jgħin f’dan il-Proġett ikellimni.

2. Komunita’ Nisranija ta’ veru hi dik li tgħin lil min hu fil-bżonn. Għandna żewġ qofof kbar li rridu nimlewhom b’xirjiet tal-ikel biex inqassmuhom lill-familji fil-bżonn. Għandna bżonn ukoll ta’ żewġ persuni oħra biex insaħħu l-grupp ta’ għajnuna għal min hu fil-bżonn.

3. L-AIR CONDITION FIL-KNISJA/’AIR CURTAIN’: Naturalment kulħadd jieħu gost li jiġi l-Knisja tax-Xgħajra biex jattendi l-quddies fil-frisk, ‘l barra mis-sħana ta’ barra. Kunu ġenerużi biex nagħtukom servizz aħjar. Qed infittxu biex nixtru “air curtain” mal-bieb tal-Knisja biex il-kesħa tibqa’ fil-Knisja.

4. BBQ għal min ser jagħmel il-Griżma u l-ħbieb: Il-Ħamis 18 ta’ Lulju mis-7:00 pm

5. Il-Meeting għall-KATEKISTI U MIN IRID JGĦIN DIN IS-SENA SKOLSTIKA: Is-Sibt, 20 ta’ Lulju fl-4:30 pm fiċ-Ċentru.

6. Il-Grupp BELIEVE IN ME tal-Knisja tax-Xgħajra javża:
Qed norganizzaw il-KĊINA tat-Tejatru. Nixtiequ nibdew nużawha għal żewġ għanijiet:
i) Biex nagħtu xogħol lil min m’għandux
ii) Biex inbiegħu ikel magħmul minn kok taljan b’esperjenza.
6.1 FOOD HANDLING COURSE B’XEJN – Jekk ikun hemm 20 jew iżjed isir hawnhekk ix-Xgħajra stess
6.2 KORS TAL-FIRST AID B’XEJN
6.3 Qed nagħmlu appell biex ngħinu lill-familji bi tfal żgħar: għandna bżonn ħwejjeġ tal-babies, buggies etc

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading