Lectio Divina tas-16-il Ħadd. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 10, 38-42): Betanja tinsab tliet kilometri ‘il bogħod minn Ġersualem, in-naħa ta’ Lvant tal-Ġetsemani. Hawn kienet toqgħod familja mhux tas-soltu: tliet aħwa mhux miżżewġin. Skont Luqa u Ġwanni, din kienet xempju ta’ komunita’ li tilqa’ lil Ġesu u l-Vanġelu tiegħu. F’Ġerusalem, Ġesu kien jikkumbatti mal-Iskribi u l-Fariżej għax, b’ras iebsa, riedu jkomplu bil-prattika tar-reliġjon kif fassluha huma. Din ħaġa li m’għoġbitx lill-Missier. Minn flok,  riedhom jagħtu aktar importanza  lill-bżonnijiet tal-proxxmu, kif rajna l-Ħadd li għadda. Continue reading Lectio Divina tas-16-il Ħadd. Sena “Ċ”