Inawgurat ir-restawr fuq il-knisja tal-Bidnija

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr fuq il‑Knisja tal‑Familja Mqaddsa fil‑Bidnija, xogħol li sar b’investiment ta’ madwar €85,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej u d‑Djalogu Soċjali l‑Onor. Aaron Farrugia. Kien preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta s‑Sur Michael Pace Ross. Continue reading Inawgurat ir-restawr fuq il-knisja tal-Bidnija