Madwar 1,400 persuna jattendu għall-open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju, is-Sibt u l-Ħadd, 20 u 21 ta’ Lulju 2019, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku. Il-viżitaturi setgħu jammiraw l‑arkitettura Barokka u d‑diversi opri tal‑arti li jinsabu fis‑sala tar‑refettorju, fil‑kurituri, fis‑sagristija u fil‑kappella ddedikata lill‑Madonna ta’ Manresa fejn hemm ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju. Continue reading Madwar 1,400 persuna jattendu għall-open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

Lectio Divina tas-17-il Ħadd. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 11, 1-13): L-Insara li malli jqumu jroddu s-salib u jgħidu xi talba qed jonqsu. Ħafna huma dawk li jaqbdu gazzetta, mowbajl jew kompjuter. Imma dawn biss huma biżżejjed biex wieħed jgħix aktar uman? Matul il-jum, ukoll, b’dil-ġenn ta’ ħajja, iħallu barra dak li f’għajnejhom hu ħela ta’ ħin, e.g. it-talb. In fatti, jibżgħu joqogħdu ftit fis-silenzju li ma jmorrux jindunaw kemm qed jgħixu ħajja bla sens. Continue reading Lectio Divina tas-17-il Ħadd. Sena “Ċ”