Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Fontana

It-Tlieta, 23 ta’ Lulju 2019: L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, għadu kemm ħatar lil DUN SIMON MARIO CACHIA, mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri (il-Belt Victoria), bħala l-ħdax-il Kappillan tal- Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Fontana, wara li l-Kan. John Muscat temm il-ministeru li kien beda fl-2013. Continue reading Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Fontana

ŻAK Kamp Sajf 2019: ÆFFECT

Valur importanti li jinsab anke fl-isem taż-ŻAK huwa propju l-azzjoni. Fl-istess ħin iż-ŻAK ma tistax tkun aljenata għar-realtajiet li tkun għaddejja minnhom is-soċjetà, u huma fuq dawn ir-realtajiet li trid tieħu azzjoni. Kien għalhekk li meta bdejna naħsbu għat-tema tal-kamp annwali tas-sajf, ma stajniex nagħlqu għajnejna għall-kriżijiet ambjentali kif ukoll soċjali li l-dinja hija għaddejja minnhom. Ħsibna li permezz ta’ Kamp Sajf kull membru mhux biss jagħraf x’inhuma l-problemi li s-soċjetà ta’ madwaru għaddejja minnhom, imma wkoll iħoss responsabbiltà u jieħu azzjoni biex jieħu ħsieb din id-dar komuni li lkoll ngħixu fiha. Continue reading ŻAK Kamp Sajf 2019: ÆFFECT