ŻAK Kamp Sajf 2019: ÆFFECT

Valur importanti li jinsab anke fl-isem taż-ŻAK huwa propju l-azzjoni. Fl-istess ħin iż-ŻAK ma tistax tkun aljenata għar-realtajiet li tkun għaddejja minnhom is-soċjetà, u huma fuq dawn ir-realtajiet li trid tieħu azzjoni. Kien għalhekk li meta bdejna naħsbu għat-tema tal-kamp annwali tas-sajf, ma stajniex nagħlqu għajnejna għall-kriżijiet ambjentali kif ukoll soċjali li l-dinja hija għaddejja minnhom. Ħsibna li permezz ta’ Kamp Sajf kull membru mhux biss jagħraf x’inhuma l-problemi li s-soċjetà ta’ madwaru għaddejja minnhom, imma wkoll iħoss responsabbiltà u jieħu azzjoni biex jieħu ħsieb din id-dar komuni li lkoll ngħixu fiha. Continue reading ŻAK Kamp Sajf 2019: ÆFFECT