Adorazzjoni Ewkaristika matul Awwissu 2019


AWWISSU ix-xahar għażiż ta’ Santa Marija, il-Patruna tal-Gżejjer Maltin. J’alla Marija tħarisna minn kull tiġrib, materjali u spiritwali. Min-naħa tagħha hija hemm dejjem se tkun – il-problema hi jekk aħna aħniex se nkunu magħha. L-Istorja tixhed li lilha dejjem sibniha fis-siegħa tal-bżonn; sakemm tkun magħna, rasna mistrieħa; mingħajra nsibu ruħna mitlufin. Santa Marija Mtella’ s-Sema kun dejjem maghna !

Monstrance

IL-ĠIMGĦA 2 ta’ AWWISSU
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar L-Indulġenza tal-Porziuncola
Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara
Fid-9.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 8 ta’ AWWISSU
Festa: San Duminku
Parroċċa Madonna ta’ Lourdes , San Ġwann
8.30 am : Quddiesa 9.00 am : Adorazzjoni

IL-ĠIMGĦA 9 ta’ AWWISSU
Festa: Santa Tereża Benedetta Tas-Salib – Edith Stein
Fergħa Ewkaristika Il-Marsa
Fis-6.00 ta’ fil-għaxija u fis-7.00 Quddiesa

It-TNEJN 12 ta’ AWWISSU
Festa: Santa Giov. Franġiska de Chantal
Istitut San Ġużepp Sorijiet Dumnikani Ħaż-Żabbar
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 13 ta’ AWWISSU
Dar tal-Anzjani Santa Katerina Ħ’Attard
Fil-9.45 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 15 ta’ AWWISSU
Solennità tat-Tlugħ is-Sema ta’ Marija
Santwarju Madonna tas-Samra – il-Hamrun
Fil-11.00 ta’ fil-għodu – f’nofs in-nhar Quddiesa

IT-TNEJN 19 ta’ AWWISSU
Festa: San Ġwann Eudes
Kripta Parroċċa San Bastjan– Ħal Qormi –
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 20 ta’ AWWISSU
Festa: San Bernard
Kappella San Ġużepp Ħaż-Żebbuġ
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 21 ta’ AWWISSU
Festa: San Piju X, Papa
Parroċċa Madonna ta’ Fatima – G’Mangia
Fid-9.00 am Quddiesa – wara Adorazzjoni.

IL-ĦAMIS 22 ta’ AWWISSU
Monasteru San Pietru – Sorijiet Benedittini – l-Imdina
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 23 ta’ AWWISSU
Festa: Santa Roża ta’ Lima
Istitut Ġesù Nazarenu Iż-Żejtun
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TNEJN 26 ta’ AWWISSU
Sorijiet Ġesù Nazzarenu Marsaxlokk
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 27 ta’ AWWISSU
Festa: Santa Monika
Pax et Bonum Il-Mosta
Wara l-Quddiesa tad-9.00 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 28 ta’ AWWISSU
Festa: Santu Wistin
Bażilika Madonna Tal-Karmnu – Il-Belt Valletta
Fid-9.40 am: Purċissjoni interna bil-kwadru;
Fl-10.00 : Quddiesa, Supplika u Adorazzjoni

IL-ĦAMIS 29 ta’ AWWISSU
Festa: Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista
Madonna ta’ Pompej – Sorijiet Dumnikani – Victoria Għawdex
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 30 ta’ AWWISSU
Festa: Santa Jean Jugan
Ċentru Sant’Andrija Tarġa Gap Il-Mosta
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 30 ta’ AWWISSU
Festa: Santa Jean Jugan
Knisja Santa’Anna Iż-Żebbiegħ l/o Imġarr
Adorazzjoni fis-5.30pm; fis-6.30 pm Quddiesa.

Ara poster bil-kulur: 01 KALENDARJU ADOR.AWWISSU 2019 BIL-KULUR