Lectio Divina tat-18-il Ħadd. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 12, 13-21): Għall-grazzja t’Alla, għadna nsibu familji magħquda, l-aktar fejn il-ġenituri għadhom ħajjin u jservu ta’ punt ta’ riferiment għall-ulied. Meta jonqsu l-ġenituri aktarx li jibda l-inkwiet, l-aktar imħabba l-wirt. Dan jiġri wkoll fost l-Insara meta jħallu l-egoiżmu jħassrilhom kull sentiment qaddis, e.g. lejn ħuhom li jkun fil-bżonn aktar minn ħutu. Xi wħud jispiċċaw ma jkellmux lil xulxin. Dil-ħaġa kienet tiġri anki fi żmien Ġesu, li ried ibiddel din il-mentalita’. Continue reading Lectio Divina tat-18-il Ħadd. Sena “Ċ”