L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-missjunarji Maltin mxerrda mad-dinja

It-Tnejn, 29 ta’ Lulju 2019: L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqa’ ma’ missjunarji Maltin mifruxa mad-dinja u li bħalissa jinsabu Malta għal vaganza. Għal-laqgħa li saret f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta, attendew saċerdoti djoċesani, reliġjużi rġiel u nisa, kif ukoll lajċi li jaħdmu fil-Pakistan, il-Brażil, il-Filippini, l-Amerika ta’ Fuq, l-Awstralja, il-Kenja, il-Georgia u l-Perù. Fost il-missjunarji lajċi hemm familja ta’ disa’ persuni li ilhom fil-missjoni fl-Olanda għal dawn l-aħħar 25 sena. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll id-Direttur ta’ MISSIO, Mons. Valent Borg. Continue reading L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-missjunarji Maltin mxerrda mad-dinja