Il-Papa jikkonferma lill-Arċisqof bħala l-President tal-Kulleġġ tal-Appelli


It-Tlieta, 30 ta’ Lulju 2019: Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku kkonferma għal terminu ieħor ta’ tliet snin is-servizz li l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti lis-Santa Sede bħala President tal-Kulleġġ fi ħdan il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, li jiddeċiedi l-appell fil-proċessi dwar offiżi serji (delicta reservata) stabbiliti fil-Motu Proprio Sacramentorum Sanctitatis Tutela. L-Arċisqof Scicluna kien inħatar President ta’ dan il-kulleġġ speċjali fil-21 ta’ Jannar 2015.

Fit-13 ta’ Novembru tas-sena l-oħra, il-Papa Franġisku ħatar ukoll lill-Arċisqof Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede.

Letter_Pope.156447807774

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti