Is-saċerdoti jiddiskutu l-prijoritajiet tal-Knisja f’Malta

L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju 2019: “B’Qalb Imħeġġa” huwa t-titlu tal-Aġġornament tal-Kleru li sar f'{unju li g]adda fis-Semianrju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù. Djn din is-sena ngħatat ħarsa lejn il-prijoritajiet li l-Knisja f’Malta għandha tpoġġi quddiemha llum meta affaċċjata b’soċjetà pluralista u multikulturali. Kienet ix-xewqa tal-Arċisqof Charles, J. Scicluna u tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi li s-saċerdoti jagħtu l-kontribut dirett tagħhom biex jindikaw l-għażliet li Alla qed jitlob li jagħmlu b’kuraġġ u ħeġġa. Continue reading Is-saċerdoti jiddiskutu l-prijoritajiet tal-Knisja f’Malta

Festi Marjani li ser jaħbtu l-Ħadd

B’deċiżjoni tal-Konferenza Episkopali Maltija, żewġ festi Marjani li din is-sena ser jaħbtu l-Ħadd ser ikun ċċelebrati liturġikament ukoll fil-jum propju tagħhom u għalhekk ser jieħdu post il-liturġija tal-Ħadd. Dawn huma t-8 ta’ Settembru li fiha tkun ċelebrata l-liturgija tal-festa tat-Twelid tal-Madonna u t-8 ta’ Diċembru meta tkun ċelebrata l-liturġija tal-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.