Fil-50 anniversarju mill-ewwel inżul fuq il-qamar – il-Papa dwar għanijiet akbar

Fl-okkażjoni tal-50 sena mindu l-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar, il-Papa Franġisku qal li permezz ta’ din il-kisba l-bniedem wettaq ħolma straordinarja. “Jalla l-memorja ta’ dan il-pass kbir għall-umanità jkebbes ix-xewqa li twassal għanijiet ikbar: iktar dinjità għad-dgħajfin, iktar ġustizzja fost il-popli, u futur aħjar għad-dar komuni tagħna”, żied jgħid il-Papa. Continue reading Fil-50 anniversarju mill-ewwel inżul fuq il-qamar – il-Papa dwar għanijiet akbar

Komunità Kontemplativa ta’ Sorijiet bid-Down Syndrome

Is-Sorijiet Dixxipli tal-Ħaruf jgħixu fiċ-ċentru ta’ Franza u huma l-ewwel komunità kontemplattiva fid-dinja li jilqgħu fil-ħajja kkonsagrata persuni bid-Down Syndrome. Il-Komunità għandha devozzjoni speċjali lejn San Benedittu u Santa Tereża ta’ Lisieux bdiet fis-snin tmenin. Il-Liġi Kanonika u r-regoli monastiċi ma jitkellmux dwar persuni b’diżabbiltà mentali fil-ħajja reliġjuża u għalhekk l-ewwel żewġ membri tal-komunità damu 14-il sena jaħdmu biex jaraw l-istatut ta’ din il-komunità speċjali jiġi rikonoxxut. Continue reading Komunità Kontemplativa ta’ Sorijiet bid-Down Syndrome

Messaġġ tal-Papa biex iħeġġeġ il-protezzjoni tal-membri l-aktar vulnerabbli tal-Knisja

Il-parteċipanti f’kors ta’ xahar li sar fl-Università Pontifiċja tal-Messiku, kellhom sorpriża meta f’nofs it-tielet ġimgħa l-Papa Franġisku bagħat messaġġ bil-vidjow biex iħeġġiġhom jipproteġu lill-membri l-aktar vulnerabbli tal-Knisja. Continue reading Messaġġ tal-Papa biex iħeġġeġ il-protezzjoni tal-membri l-aktar vulnerabbli tal-Knisja

Fl-Eritreja kienu magħluqa faċilitajiet tas-saħħa li jmexxu l-kattoliċi

L-effetti tad-deċiżjoni tal-gvern tal-Eritreja biex jingħalqu l-faċilitajiet kollha tas-saħħa mmexxijin mill-kattoliċi se tħalli effett ħażin fuq eluf ta’ nies fil-bżonn.

Sorsi lokali qrib il-fondazzjoni pontifiċja “Għajnuna lill-Knisja fil-Bżonn” (ACN) qalu li s-sitwazzjoni hi ddisprata, l-aktar għal min jgħix fiż-żoni rurali. Continue reading Fl-Eritreja kienu magħluqa faċilitajiet tas-saħħa li jmexxu l-kattoliċi

Miet il-Kardinal Ortega

Il-Kardinal ta’ Kuba Jaime Lucas Ortega y Alamino, li kien Arċisqof ta’ Havana miet fi tmiem il-ġimgħa fl-għomor ta’ 82 sena. Il-Kardinal Ortega twieled fl-1936 u ġie ordnat saċerdot fl-1964 għad-Djoċesi ta’ Matanzas. Huwa kien maħtur Arċisqof ta’ Kuba fl-1981 u San Ġwanni Pawlu II għamlu kardinal fl-1994. Wara li mexxa d-djoċesi għal kważi 35 sena, huwa rtira fl-2016. Continue reading Miet il-Kardinal Ortega

Kif għandhom ikunu l-omeliji fil-ġejjieni?

L-Arċisqof ta’ Munich, il-Kardinal Reinhard Marx jisuġġerixxi kif għandhom ikunu l-omeliji fil-ġejjieni. Huwa jgħid li jinsab diżappuntat minn xi omeliji li jsiru fid-djoċesi tiegħu, u hemm nuqqas ta’ varjeta fost il-predikaturi, Huwa jgħid li fil-liturġija għandna ninkludu lil dawk il-lajċi li għandhom id-don tal-kelma. U jgħid ukoll li l-letturi għandhom ikunu preparati aħjar. Continue reading Kif għandhom ikunu l-omeliji fil-ġejjieni?

L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-missjunarji Maltin mxerrda mad-dinja

It-Tnejn, 29 ta’ Lulju 2019: L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqa’ ma’ missjunarji Maltin mifruxa mad-dinja u li bħalissa jinsabu Malta għal vaganza. Għal-laqgħa li saret f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta, attendew saċerdoti djoċesani, reliġjużi rġiel u nisa, kif ukoll lajċi li jaħdmu fil-Pakistan, il-Brażil, il-Filippini, l-Amerika ta’ Fuq, l-Awstralja, il-Kenja, il-Georgia u l-Perù. Fost il-missjunarji lajċi hemm familja ta’ disa’ persuni li ilhom fil-missjoni fl-Olanda għal dawn l-aħħar 25 sena. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll id-Direttur ta’ MISSIO, Mons. Valent Borg. Continue reading L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-missjunarji Maltin mxerrda mad-dinja