Interessat tibda kors?

Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2019, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost id‑disa’ korsijiet offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑Ekumeniżmu, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, l‑ispiritwalità, l‑irwol tan‑Nisrani fis‑soċjetà, u oħrajn. Continue reading Interessat tibda kors?

Il-Papa jiltaqa’ mal-abbatini Maltin

B’tifkira tal-qaddis San Ġwann Maria Vianney, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin li telgħu jservu fil-Vatikan, ħadilhom b’idhom u talab magħhom. Wara li ttieħed ir-ritratt ta’ tifkira, il-Papa staqsa lill-abbatini jekk humiex jieklu tajjeb. Abbati minnhom qallu: “U kif!” Continue reading Il-Papa jiltaqa’ mal-abbatini Maltin