Interessat tibda kors?


Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2019, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost id‑disa’ korsijiet offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑Ekumeniżmu, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, l‑ispiritwalità, l‑irwol tan‑Nisrani fis‑soċjetà, u oħrajn.

green-chameleon-s9CC2SKySJM-unsplash.156516800762

Il‑korsijiet offruti huma dawn:

  • L‑Iżvilupp tar‑Responsabbiltà Ambjentali/Developing Enviromental Responsibility (Livell 4)
  • L‑Iskoperta tal‑Fidi Permezz tal‑Arti/The Way of Beauty: Discovering Faith Through Art (Livell 4)
  • L‑Esperjenza Umana ta’ Alla fit‑Talb/The Human Experience of God in Prayer (Livell 4)
  • L‑ekumeniżmu/Ecumenism (Livell 5)
  • Il‑Ministeru Pastorali tal‑Familja/Family Ministry (MQF Livell 5)
  • L‑Għeruq tal‑Fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu/Jewish Roots in Christianity (Livell 5)
  • It‑Teoloġija/Theology (MQF Livell 5)
  • Il‑Kura Pastorali fl‑Iskejjel/Pastoral Care ‑ Chapliancy in Schools (MQF Livell 6)
  • Id‑Dimensjoni Spiritwali fil‑Kura tas‑Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (MQF Livell 6)
  • L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja. Il‑korsijiet huma akkreditati mill‑Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award.

Il‑prospectus għas‑sena akkademika 2019–2020 jista’ jitniżżel mill‑websajt http://www.maltapfi.org/courses.php. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat imejl fuq pfimalta@gmail.com.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.