Avviżi tal-Fraternitajiet Maltin u l-Għawdxija

Print Friendly, PDF & Email

Għeżież Membri u Ħbieb

Nispera li tinsabu tajbin. Qed ninfurmawkom b’dawn it-tliet attivitajiet.

L-Irtir mistenni ta’ Fr Emmanuel Asi – Qed nehmeż iċ-Ċirkulari bid-dettalji kollha. Nigbed l-attenzjoni li rridu napplikaw sal-20 t’Awwissu.

Getogether Annwali organizzat mill-Fraternita’ t’Għawdex – Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru, Marsalforn, Għawdex, fis-18:30 il-Fraternita’ Għawdxija u Maltija ser jieħdu sehem f’Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Marsalforn. Fis-19:30 ser ikun hemm quddiesa ta’ żmien il-festa tad-Duluri. u wara nieklu xi ħaġa waqt li nkunu nistgħu noqgħodu nitkellmu flimkien. Nitlob lill-Maltin li tinteresshom din l-attivita’ u m’għandhomx trasport personali jgħiduli sal-24 t’Awwissu ħalli nkunu nistgħu norganizzaw it-trasport.

Il-Weekend Retreat bil-Malti ta’ Novembru – ser isir fl-1,2 u 3 ta’ Novembru fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtu’, ir-Rabat. L-Irtir minn Fr Kevin Schembri. Min jixtieq jibbukkja kmieni jista’ jikkuntjattjana fuq 21692291, 79990827, 79014713 jew email fuq margheritaborg@yahoo.com.

Inħeġġukom biex kull min jista’ jattendi ħalli nikbru fl-ispiritwalita’, ninkuraġġixxu lil xulxin u nikbru wkoll fl-għaqda u l-ħbiberija ta’ bejnietna.

Nitolbu dejjem għal xulxin speċjalment għal dawk li għaddejjin minn xi sitwazzjoni iebsa. Nitolbu wkoll għall-Fraternita’ Universali.

Tagħkom fi Kristu Ġesu’

John Borg
Fraternita’ Sekulari, Charles de Foucauld, Malta

Ara Ċirkulari bid-dettalji kollha: Asi Cirkulari

Ara aktar f’dan id-dokument: Asi A4 Poster

Leave a Reply

%d bloggers like this: