Filmat: Is-sorijiet Agostinjani jiċċelebraw 125 sena f’Malta


Filmat: Is-sorijiet Agostinjani jiċċelebraw 125 sena f’Malta…

Is-sorijiet Agostinjani qed ifakkru l-125 preżenza tagħhom f’Malta meta waqqfu l-ewwel dar f’Ħal Qormi bis-saħħa tal-Isqof Pietru Pace fis-6 t’Awwissu tal-1894. L-Isqof Malti diġà kien midħla tas-sorijiet Agostinjani ta’ Casa Madre, fl-Italja, fejn kienu jinsabu xi sorijiet Maltin. Hu xtaq jiftaħ skola mmexxija mis-sorijiet tal-istess ordni għall-ġid tal-poplu Malti. Dan seħħ bil-miġja tal-ewwel erba’ sorijiet li kienu: Sr Cleofe Uberti u Sr Angela Tagliaferri mill-Italja, u Sr Giuliana u Sr Paolina Debrincat minn Għawdex. F’Ottubru tal-istess sena nfetħet l-iskola.

Tul dawn l-aħħar xhur saru diversi ċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru dan l-avveniment importanti, fosthom il-ftuħ taċ-Ċentru 16+, ċentru ġdid għaż-żgħażagħ, li jinsab qrib l-Iskola ta’ Santa Monika, il-Gzira. Ġiet inawguratha lapida bix-xbieha tal-Madre fundatriċi Maria Teresa Spinelli fil-bitħa tal-ewwel dar f’Ħal Qormi, u sar pellegrinaġġ ta’ ringrazzjament lil Alla u lill-Madonna, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex, b’quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.

Fit-13 ta’ Ottubru se jittella’ festival kbir fil-btieħi tal-Iskola ta’ Santa Monika Birkirkara, li jmexxu l-istess sorijiet Agostinjani. Kulħadd mistieden għall-festival.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.