Manifestazzjoni Marjana Djoċesana 2019


Id-Djoċesi t’Għawdex, permezz tal-Għaqdiet Kattoliċi ser terġa torganizza l-Manifestazzjoni Marjana nhar it-Tlieta 20 ta’ Awwissu 2019 f’Marsalforn. L-iskop hu li tingħata qima lill-Madonna u tintwera l-importanza li jinżamm ambjent moralment nadif.

Capture

Fis-7.00pm. il-pubbliku għandu jinġabar fit-Triq il-Wied, Marsalforn u jsib post bilqegħda fuq is-siġġijiet li jkun hemm apposta għal kulħadd. L-ewwel ikun hemm Rużarju meditat u animat bil-kant u dritt wara l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex imexxi Konċelebrazzjoni u jagħti l-messaġġ tal-okkażjoni.

A Diocesan Marian Manifestation is going to be held at Marsalforn on Tuesday 20th August 2019. The two aims of the activity are to give praise to Our Lady and to show the importance of a morally sane environment.

The general public is kindly asked to be seated in Valley Road where an animated Rosary starts at 7.00pm. This will be followed by a concelebrated mass led by His Lordship Mario Grech, Bishop of Gozo who will deliver his message.