Il-Vjaġġ tal-Papa fl-Afrika


Il-vjaġġ appostoliku fit-tliet pajjiżi fl-Afrika li l-Papa se jżur bejn l-4 u l-10 ta’ Settembru, se jibda bil-wasla tal-Qdusija Tiegħu f’Maputo, il-belt kapitali tal-Mozambique.

fr1-afrika.jpgIl-Papa mistenni jasal il-Madagascar fis-6 ta’ Settembru fejn l-għada jiltaqa’ mal-awtoritajiet, mas-soċjetà ċivili u l-korp diplomatiku fil-binja ċerimonjali tal-kapitali Antananaviro.  Fost l-appuntamenti l-aktar mistennija hemm il-laqgħa maż-żgħażagħ fis-6.00 ta’ waranofsinhar u ċ-ċelebrazzjoni ewkaristika fl-għodwa ta’ wara.

Il-Papa se jżur “il-belt tal-ħbiberija” u wara jkellem lis-saċerdoti, reliġjużi, persuni konsagrati u seminaristi fil-Kulleġġ San Mikiel.

It-Tnejn 9 ta’ Settembru jasal Port Louis, fil-ġżira Mauritius fejn iqaddes f’riġlejn il-monument tar-Reġina tal-Paċi u wara jagħmel żjara privata fis-santwarju Pere Laval.

L-għada 10 ta’ Settembru l-Papa Franġisku jirritorna lejn Ruma.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija