Iċ-Ċrieki magħluqa

Mara żagħżugħa, li sentejn ilu tgħammdet fil-Knisja Kattolika, ilmentat li xtaqet tieħu sehem fl-attivitajiet tal-parroċċa fejn toqgħod, imma ma sabitx dak li kienet qed tistenna. L-entużjażmu tagħha, hekk kif ngħaqdet mal-Knisja li xtaqet, ma damx ma waqa’, minħabba l-mod kif ġiet milqugħa min-nies midħla tal-knisja, iċ-ċirku ta’ persuni li huma attivi fil-parroċċa. Sabet ħitan li għalqulha l-inizjattivi tagħha, meta ppruvat tissuġġerixxi xi ħaġa ġdida. Jgħidulha: “Le, għax dejjem hekk għamilna. M’hemmx għalfejn inbiddlu.” Continue reading “Iċ-Ċrieki magħluqa”