Il-Papa Franġisku ser jiltaqa’ ma’ Delegazzjoni tal-ACN

Stqarrija għall-istampa għall-użu mmedjat. 13 t’Awwissu 2019

Azzjoni għas-Sirja “Farrġu l-poplu tiegħi” – Il-Papa Franġisku ser jiltaqa’ ma’ Delegazzjoni tal-ACN

Delegazzjoni tal-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali, Aid to the Church in Need (ACN) ser tiltaqa’ mal-Papa Franġisku nhar il-Ħamis, 15 t’Awwissu 2019 bħala ġest biex isir talb għall-paċi b’solidarjetà mal-poplu Sirjan, biex jiġu mfarrġa l-familji li tilfu l-qraba tagħhom u biex jiġu mfakkra l-vittmi tal-gwerra. Continue reading Il-Papa Franġisku ser jiltaqa’ ma’ Delegazzjoni tal-ACN

Bir-Ruħ u bil-Ġisem

Is-sens tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija

It-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija jsaħħaħ il-wegħda li għamlilna Ġesu’: li ngħixu m’Alla għall-eternita’. Dan naffermawh fil-Kredu meta niddikjaraw: “Nemmen fil-qawmien mill-imwiet.” Kif se tkun dil-ħajja m’Alla? Kull wieħed joħlom l-idea tiegħu dwar il-ġenna. Imma din żgur tkun aħjar minn dak kollu li nistgħu nimmaġinaw. Continue reading Bir-Ruħ u bil-Ġisem

Sehem il-Lajċi fil-Knisja Kaldea Kattolika.

Għall-ewwel darba, lajċi minn diversi djoċesijiet tal-Knisja Kaldea Kattolika ħadu sehem f’sinodu li sar fil-belt ta’ Irbil, l-Iraq mill-4 sal-10  ta’ Awwissu 2019, fejn ġie diskuss il-futur tal-Knisja Kaldea fl-Iraq u fid-dinja. L-Arċisqof Yousif Thomas Mirkis ta’ Kirkuk, l-Iraq, qal li s-sinodu kien esperjenza sabiħa. Saru diskussjonijiet dwar il-liturġija, it-talb u t-traduzzjonijiet għal lingwi differenti.

Rapport minn Joe Galea

Continue reading Sehem il-Lajċi fil-Knisja Kaldea Kattolika.

Xbieha ta’ San Ġorġ Preca f’Lourdes

Il-ħajja ta’ San Ġorġ Preca hi karatterizzata b’umiltà straordinarja tant li ried jintesa għal kollox wara mewtu. Ma riedx li jiġi mfakkar, u l-kanonizzazzjoni tiegħu mill-Papa Benedittu XVI fil-Vatikan nhar it-3 ta’ Ġunju 2007 kienet prova ċara ta’ dan. Lejliet iċ-ċelebrazzjoni kien bnazzi f’Ruma hekk li l-Maltin li kienu hemm ġew mistiedna mill-organizzaturi biex fl-għodwa tal-kanonizzazzjoni ma jinsewx iġibu magħhom flixkun ilma minħabba s-sħana, u beritta biex jgħattu rashom mix-xemx. Dan għax deher li dak il-Ħadd kienet se tkun ġurnata bnazzi u sħuna. Minflok, kif bdiet il-funzjoni, l-ilma ġie b’gelqul minn fuq u dawk li kienu fi pjazzja San Pietru ħadu tixriba li jibqgu jiftakru. Kif spiċċat il-funzjoni, ix-xemx ħarġet sabiħa u b’inkejja bħal biex tikkonferma li San Ġorġ Preca mis-sema ma kienx kuntent li qed issirlu ċelebrazzjoni mill-Knisja biex quddiem id-dinja tqiegħdu bħala wieħed mill-qaddisin tagħha, meqjum fuq l-altari. Continue reading Xbieha ta’ San Ġorġ Preca f’Lourdes