Għall-ewwel darba, lajċi minn diversi djoċesijiet tal-Knisja Kaldea Kattolika ħadu sehem f’sinodu li sar fil-belt ta’ Irbil, l-Iraq mill-4 sal-10 ta’ Awwissu 2019, fejn ġie diskuss il-futur tal-Knisja Kaldea fl-Iraq u fid-dinja. L-Arċisqof Yousif Thomas Mirkis ta’ Kirkuk, l-Iraq, qal li s-sinodu kien esperjenza sabiħa. Saru diskussjonijiet dwar il-liturġija, it-talb u t-traduzzjonijiet għal lingwi differenti.
Rapport minn Joe Galea