Il-Papa bierek 6000 kuruna għas-Sirja.


It-talb magħmul bil-fidi għandu qawwa kbira: lbieraħ f’nofsinhar il-Papa Franġisku bierek eluf ta’ kuruni tar-Rużarju.

ruzarju
6,000 kuruna mbierka mill-Papa biex jintagħtu s-Sirja

Fil-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija, il-Papa Franġisku saħaq li t-talb magħmul bil-fidi għandu qawwa kbira. Il-Qdusija Tiegħu għamel din l-osservazzjoni meta fi tmiem l-Angelus hu bierek 6000 kuruna tar-Rużarju imdommin mis-sorijiet Karmelitani ta’ Betlem, li se jitqassmu lill-kattoliċi tas-Sirja.

Din kienet inizajttiva tal-assoċjazzjoni Għajnuna lill-Knisja fil-Bżonn. Il-Papa stieden lill-miġemgħa fi Pjazza San Pietru biex takkumpanja l-ġest ta-tberik bit-talba tal-Ave Maria u qal li dawn il-kuruni se jkunu  sinjal tal-qrubija tiegħu lejn il-poplu tas-Sirja, speċjalment il-familji li tilfu lil xi ħadd għażiż minħabba l-gwerra.

Franġsiku ħeġġiġna biex inkomplu nitolbu r-Rużarja għall-paċi fis-Sirja, fil-Lvant Nofsani u fid-dinja kollha.

Qabel bierek il-kuruni l-Papa stqarr li qed jitlob ukoll għall-vittmi tal-għarar li ħakem in-nofsinhar tal-Asja minħabba x-xita monsonika.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija