Grupp ieħor ta’ abbatini Maltin iltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem ir-Residenza ta’ Santa Marta il-Ħadd 18 ta’ Awwissu. Wara li sellem lil kull abbati, il-Papa xtaq li jieħdu ritratt flimkien.
Il-Papa qal, “Kemm huma kwieti dawn l-abbatini!”
Ir-Rettur tal-Preseminario, Don Angelo Magistrelli, wieġbu: “Sakemm titlaq inti!”
Iż-żjara tal-Abbatini fil-Vatikan kienet organizzata minn Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u s-seminarista Matthew Borg.
Il-Papa Franġisku kie diġà ltaqa’ mal-ewwel grupp ta’ abbatini Maltin fis-7 ta’ Awwissu u bħalma għamel issa, wara li kellimhom individwalment, ħa ritratt flimkien magħhom.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija