Il-Papa Franġisku jikteb id-daħla ta’ ktieb ġdid dwar il-Movimenti Popolari


Il-Papa Franġisku kiteb id-daħla ta’ ktieb ġdid frott ta’ studju u riċerka tul medda ta’ ħames snin li analiżżat l-eluf ta’ assoċjazzjonijiet fi ħdan il-Knisja.

Il-Papa osserva li dawn huma l-fus lli jista’ jittrasforma s-soċjetà.

movimentiIl-ktieb bit-tiltu: “Il-Movimenti Popolari: Rerum Novarum ta’ Żmienna”, tħejja mill-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina u fih studju dwar il-Laqgħat Dinjin li saru kemm fl-Areika ta’ Fuq kif ukoll f’dik t’Isfel mill-2014 ‘ll hawn.

Il-Papa kiteb li n-nies li jgħixu fil-periferijii eżistenzjali mhumiex sempliċi settur tal-popolazzjoni imma żerreigħa tal-mustarda li għad tagħmel ħafna frott li jwassal għal trasformazzjoni profonda fis-soċjetà.

F’dan il-qaeas, il-movimenti popolari jirrappreżentaw alternattiva soċjali importanti, karba mill-qalb, sinjal ta; kontradizzjoni u tama li kollox jista’ jinbidel, speċjalment ir-reżistenza għat-tirannija tal-flus.

Lumanità bħalisssa hi maqbuda fin-nassa ta’ bidla epokali li l-karatteristiċi tagħha huma l-biża’, l-antipatija lejn su l-biża’ mill-frustier u r-razziżmu.

Il-Movimenti popolari jistgħu jikkumbattu dawn it-tendenzi għaliex huma sors ta’ enerġija morali li tagħti nifs ġdid lid-demokraziji.

Il-mediċina għall-populiżmu u l-pożi tan-nies tal-politika, ikompli jikteb Franġisku tinsab fl-organiżżazzjonital-movimenti popolari li jmexxu lż’l quddiem il-kult ta’ ‘aħna’ minflo ‘jiena’, il-kult li jeħodha kontra l-egoiżmu.

Il-Movimenti Popolari, temm jikteb il-Papa Franġisku huma xhieda konkreta li juru li huwa possibbli neliminaw mis-soċjetajiet tagħna l-kultura tal-iskart, għax l-għan tagħhom hu s-solidarjetà u lp-komunjoni.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija