Żgħażagħ jimxu għall-paċi fiż-żona bejn iż-żewġ Koreji


Grupp internazzjonali ta’ 90 żagħażagħ kattoliċi, fosthom żagħażagħ Maltin, qed jagħmlu mixja għall-paċi ta’ sitt ijiem fiż-żona demilitariżżata bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Koreja t’Isfel li, minkejja l-isforzi kollha uffiċjalment għadom fi gwerra bejniethom.

hwpl-peace-walk.jpg

Il-mixja bdiet nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu u tintemm pitgħada 22 tax-xahar.

Il-Kumitat għar-Rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ Koreji fi ħdan l-arċidjoċesi ta’ Seoul organiżża dil-mixja flimkien mal-Minnisteru tal-Isports u dak tal-Unifikazzjoni u l-paċi bejn il-Korea ta’ Fuq u t’Isfel.

Fil-bidu tal-mixja, il-Kardinal Andrew Yeom Soo-Yung ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex waqt li jkunu qed jammiraw in-natura, jirriflettu u jifhmu kemm fil-ħajja tagħna u fid-dar koumni tagħna neħtieġu l-paċi.

Il-Kardinal wera x-xewqa u talab li r-Riħ tal-Paċi jgħin lill-parteċipanti jirrikonċiljaw ruħhom magħhom infushom, mal-ambjent u ma’ Alla.

Matul is-sitt ijiem hemm għadd ta’ attivitajiet li jinkludu quddies, talb għad-dawl tax-xemgħa, lekċers, esperjenzi u oħrjan flimkein ma esperejenza li se jagħtu xi persuni rifuġjati li ħarbu mill-Korea ta’ Fuq.

Ilbieraħ, it-Tnejn, il-pellegrini żgħażagħ kellhom quddiesa ċelebrata mill-Kardinal Yeom u n-Nunzju Appostoliku għall-Korea t’Isfel, l-Għawdxi Mons Alfred Xuereb.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija