Il-Prim Ministru tal-Islanda, Katrín Jakobsdóttir u l-President ta’ qabel, Mary Robinson kienu fost 100 persuna li ħadu sehem fil-‘funeral’ tal-glacier Okjökull, li fl-1890 kien ikopri 6.2 mil kwadru u fl-aħħar snin naqas għal 0.3.
L-ironija hi li l-Islanda hi pajjiż fejn isir abort lill-kważi t-trabi kollha li jkunu se jitwieldu bid-down-syndrome. Il-Papa Franġisku kien semma’ dan il-glacier meta tkellem dwaru fil-Enċiklika tiegħu Laudato Si’ u s-Sinodu dwar l-Amażonja li se jsir f’Ottubru li ġej.
Rapport minn Joe Galea. Ħajr ukoll lil Fr Roy Galdes.