Iż-Żgħażagħ tal-Paragwaj jwasslu l-Evanġelju lill-Foqra

Il-Papa Franġisku bagħat isellem liż-żgħażagħ tal-Paragwaj li għadhom kif temmew inizjattiva twila tliet snin fejn ħeġġiġhom biex jilqgħu lil Ġesù Kristu u jkunu dixxipli missjunarji. Din l-inizjattiva ntemmet b’forum fi tmiem il-ġimgħa fil-kapitali Asunción li għalih attendew mas-sitt mitt żagħżugħ u żagħżugħa bit-tema “Żgħażagħ, Fidi u Dixxerniment Vokazzjonali”. Continue reading Iż-Żgħażagħ tal-Paragwaj jwasslu l-Evanġelju lill-Foqra

Fiċ-Ċina saret it-tieni konsagrazzjoni episkopali

Il-Vatikan ilbieraħ ikkonferma li fiċ-Ċina saret it-tieni konsagrazzjoni episkopali skont il-ftehim proviżjorju bejn is-Santa Sede u ċ-Ċina meta ġie kkonsagrat b’mandat pontifiċju l-Isqof Mons Stefano Xu Hongwei. Iċ-ċerimonja tal-konsagrazzjoni saret fil-Katidral ta’ San Mikiel u għaliha attendew mal-elf ruħ. Dan l-Isqof Koadjatur ġdid għandu 44 sena, studja Ruma u l-Kanada u ħadem f’bosta parroċċi fiċ-Ċina. Continue reading Fiċ-Ċina saret it-tieni konsagrazzjoni episkopali

Appell tal-Papa għall-Paċi fit-80 anniversarju mill-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija

Nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru jaħbat it-80 anniversarju mill-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dakinhar fl-1939, il-Ġermanja invadiet lill-Polonja u dan wassal biex il-Gran Brettanja u Franza jiddikjaraw gwerra kontra l-Istat Nażista ta’ Adolf Hitler jumejn wara. Continue reading Appell tal-Papa għall-Paċi fit-80 anniversarju mill-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija

Miet il-Kardinal Silvestrini

Ilbieraħ il-Ħamis 29 ta’ Awwissu tħabbret il-mewt tal-Kardinal Taljan Achille Silvestrini, il-Prefett Emeritu tal-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali fl-għomor ta’ 95 sena. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1946 u fl-1953 daħal fl-Akkademja Ekkleżjali Pontifiċja tal-Vatikan fejn is-saċerdoti jitħarrġu għas-servizz diplomatiku. Huwa ħadem f’bosta pajjiżi fosthom il-Vjetnam, iċ-Ċina, l-Indoneżja. Huwa kien il-mibgħut mis-Santa Sede għal Malta fl-1981 u fl-1985 kien involut fit-tfassil ta’ ftehim dwar l-iskejjel tal-Knisja mal-Gvern ta’ dak iż-żmien. Continue reading Miet il-Kardinal Silvestrini