Fl-Irlanda ta’ Fuq kuljum isir attakk fuq post ta’ qima


Għalkemm għadda żmien mhux ħażin minn mindu l-Irlanda ta’ Fuq rat vjolenza bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti fuq il-kwistjoni tal-ħakma Britannika fil-pajjiż, issa jidher li kull reliġjon, Kattolika, Anglikana, Lhudija u Musulmana qed tkun fil-mira ta’ attakki vjolenti.

145713056-3bc11186-245d-466f-b5b2-66ed546eb918.jpgRapport ġdid jgħid li ta’ kuljum isir attakk fuq post ta’ qima fl-Irlanda ta’ Fuq. Christian Action Research and Education (CARE) qalet li f’dawn l-aħħar 3 snin, kien hemm aktar minn 400 attakk kontra bini reliġjuż, zuntieri jew ċimiterji madwar il-11-il distrett tal-Irlanda ta’ Fuq bl-akbar numru jkun reġistrat f’Belfast.

L-attakki mhumiex immirati biss fuq postijiet ta’ qima Kattoliċi iżda s-sinagoga ta’ Belfast u ċ-Ċentru Iżlamiku ta’ Belfast ukoll saritilhom ħsara f’dawn l-aħħar 10 snin.

CARE tixtieq li tara aktar fondi mill-gvern biex tissaħħaħ is-sigurtà f’dawn il-postijiet. Fl-Ingilterra u Wales, postijiet ta’ qima jingħataw flus mill-gvern ċentrali għal miżuri aħjar ta’ sigurta mill-iskema governattiva għal sigurta protettiva, iżda din l-iskema ma tinkisibx fl-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja, u bosta jixtiequ jaraw bidla f’din l-iskema.

Rapport mill-Kamra tal-A]barijiet ta’ Radju Marija