Iż-Żgħażagħ tal-Paragwaj jwasslu l-Evanġelju lill-Foqra


Il-Papa Franġisku bagħat isellem liż-żgħażagħ tal-Paragwaj li għadhom kif temmew inizjattiva twila tliet snin fejn ħeġġiġhom biex jilqgħu lil Ġesù Kristu u jkunu dixxipli missjunarji. Din l-inizjattiva ntemmet b’forum fi tmiem il-ġimgħa fil-kapitali Asunción li għalih attendew mas-sitt mitt żagħżugħ u żagħżugħa bit-tema “Żgħażagħ, Fidi u Dixxerniment Vokazzjonali”.

giovaniinparguay.jpgFil-messaġġ tiegħu l-Papa ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jisimgħu l-leħen tal-Mulej u jkunu xhieda tal-Bxara t-Tajba tas-Salvazzjoni fost l-ifqar minn ħuthom. Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi stieden liż-żgħażagħ tal-Paragwaj biex jitolbu għalih u talab għalihom l-interċessjoni ta’ Marija.

Il-messaġġ tal-Papa nqara fil-quddiesa fi tmiem dan il-forum li ra parteċipanti minn madwar il-Paragwaj kollu jieħdu sehem fi tlett ijiem ta’ riflessjoni spiritwali fejn iddiskutew temi bħall-familja, il-politika, in-nisa, l-isport, il-vizzji u l-ambjent.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija