Miet il-Kardinal Silvestrini

Ilbieraħ il-Ħamis 29 ta’ Awwissu tħabbret il-mewt tal-Kardinal Taljan Achille Silvestrini, il-Prefett Emeritu tal-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali fl-għomor ta’ 95 sena. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1946 u fl-1953 daħal fl-Akkademja Ekkleżjali Pontifiċja tal-Vatikan fejn is-saċerdoti jitħarrġu għas-servizz diplomatiku. Huwa ħadem f’bosta pajjiżi fosthom il-Vjetnam, iċ-Ċina, l-Indoneżja. Huwa kien il-mibgħut mis-Santa Sede għal Malta fl-1981 u fl-1985 kien involut fit-tfassil ta’ ftehim dwar l-iskejjel tal-Knisja mal-Gvern ta’ dak iż-żmien. Continue reading Miet il-Kardinal Silvestrini

Lectio Divina għat-22 Ħadd, Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 14. 1, 7-14):  Ġesu qatt ma kien jirrifjuta stedina għal xi ikla għax, madwar mejda, wieħed jagħmel ħbieb ġodda, jisma’ u jiġi mismugħ. Dak iż-żmien kellhom ċerti regoli ta’ mġieba, e.g. (i) attent biex fejn wieħed jitfa’ l-ħarsa tiegħu, int ma tmiddx idejk; (ii) ara l-bżonnijiet tal-oħrajn; (iii) tikolx bil-ħatfa għax iddejjak lil ta’ ħdejk.  Is-sid kellu joqgħod attent fejn ipoġġi l-mistednin: e.g. il-Fariżej  mhux ħdejn il-midinbin. Continue reading Lectio Divina għat-22 Ħadd, Sena “Ċ”

Adorazzjoni Ewkaristika matul Settembru 2019

“Fik ittamaw missirijietna – ittamaw u inti ħlisthom!” Dawn il-kelmiet minn Salm 22, miktubin fuq id-dahla għall-bitħa tas-Santwarju tal-Mellieħa missirijietna indirizzawhom lil Marija Bambina. Iva, l-Istorja ta’ pajjiżna dejjem uriet li kull darba li huma daru bil-fiduċja lejha Hija qatt ma naqsithom – dejjem ħarġithom rebbeħin. Continue reading Adorazzjoni Ewkaristika matul Settembru 2019