Festa ta’ San Mikiel.

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru fil-knisja tal-patrijiet Kapuċċini l-Furjana.

Fis-6 pm., rużarju ta’ San Mikiel u Litanija u wara l-quddiesa. Wara l-quddiesa ser ikun possibbli li wieħed iżur u jitlob fiċ-ċella kappella fejn San Mikiel kien jidher lil Fra Adriano minn Castro San Giovanni, Sqalli.

Din is-sena qegħdin infakkru l-400 sena mill-mewt tiegħu.

Laqgħa ta’ talb fl-Ispiritwalità ta’ Padre Pio

Laqgħa ta’ talb fl-Ispiritwalità ta’ Padre Pio nhar is-Sibt 14 ta’ Settembru fil-knisja tal-patrijiet Kapuċċini l-Furjana.

Fis-6 pm., rużarju bi ħsibijiet ta’ Padre Pio, Quddiesa u wara adorazzjoni ewkaristika b’kant ta’ tifħir u radd il-ħajr u talb għall-fejqan.

Imexxi Fr. Joe Buttiġieġ, Kapuċċin.

Mons. Antoine Camilleri jinħatar arċisqof titulari u nunzju appostoliku

Il-Papa Franġisku ħatar lill-Monsinjur Antoine Camilleri bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. Sal-lum Mons. Camilleri kien qed iservi bħala sotto-segretarju tas-Santa Sede, responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati. Continue reading Mons. Antoine Camilleri jinħatar arċisqof titulari u nunzju appostoliku