L-Isqof John Arnold, ta’ Salford, l-Ingilterra, fetaħ Ċentru bl-isem ta’ Laudato Si, f’Wardleyk, Manchester, biex joffri mżuri prattiċi fuq it-tagħlim tal-enċiklika dwar l-ambjent li ppubblika l-Papa Franġisku fl-2015.
F’dan iċ-Ċentru, l-Isqof Arnold għandu kolonja ta’ 10,000 naħla u għadd ta’ kaxxi fejn jistgħu jbidu l-għasafar, fosthom il-farfett-il-lejl. Xi kaxxi minn dawn ġew installati f’postijiet prestiġjużi bħal f’Buckingham Palace. Ħoloq ukoll ambjent ta’ kenn għal diversi speċi ta’ insetti.
Rapport minn Joe Galea