Imut il-Kardinal Roger Etchegaray

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Settembru tħabbret il-mewt tal-Kardinal Roger Etchegaray fl-eta ta’ 96 sena. Il-Kardinal Etchegaray kellu diversi karigi fil-Knisja Kattolika, fosthom bħala Arċisqof ta’ Marsilja u president tal-Kunsill Ġustizzja u Paci u tal-Kunsill Cor Unum. Kien wieħed mill-kollaboraturi ewlenin tal-Papa San Ġwanni Pawlu II l-aktar bil-ħidma kontinwa tiegħu fil-ħafna f’missjonijiet diplomatiċi delikati li ġew afdati lilu minħabba l-ħila straordinarja tiegħu fid-diplomazija. Hu magħruf bħala l-‘ambaxxatur tal-Papa Ġwanni Pawlu II’. Kellu sehem importanti fl-organizzazzjoni tal-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000. Continue reading “Imut il-Kardinal Roger Etchegaray”